Fondazzjoni Tumas Fenech Ghall-Edukazjoni Fil-Gurnalizmu

TAHDITA PUBBLIKA MILL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI U TAL-PARTIT LABURISTA

DR JOSEPH MUSCAT

15 t’Ottubru 2009

Portomaso Suite, Hilton

X’JISTENNA L-POLITIKU MILL-GURNALIST?

Inrodd hajr lill-Fondazzjoni Tumas Fenech ghall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu ta’ l-istedina biex naqsam maghkom ftit hsibijiet dwar dak li jistenna l-politiku mill-gurnalisti. Qabel xejn nixtieq nawgura lill-Fondazzjoni peress li fi Frar li gej tfakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif taghha. Nawgura li fis-snin li gejjin mhux biss tibqa torganizza tahrig ghall-gurnalisti godda u ghal dawk ta’ esperjenza, izda tkompli tipprovdi spazju ta’ riflessjoni fejn nistghu niflu l-qaghda tal-gurnalizmu f’pajjizna. Ir-riflessjoni, u d-diskussjoni huma mportanti biex dan il-qasam jissahhah, jiggedded u jirriforma ruhu.

Jien inhoss li l-gurnalisti u l-politici ghandhom rwoli kumplimentari ghall-hajja demokratika tal-pajjiz. Il-politici jinhatru biex jirrapprezentaw lill-kostitwenti taghhom u jahdmu f’isimhom. Il-gurnalisti ghandhom rwol li jinformaw lill-pubbliku, li jghassu, li jaghtu l-hajja lid-dritt ta’ l-espressjoni u l-liberta’ ta’ l-istampa. Sa’ certu punt il-gurnalist u l-opinjonista spiss jiehdu rwol ta’ intellettwali pubblici. Ir-rwoli kumplimentari tal-politici u tal-gurnalisti ghandhom iwasslu ghal pubbliku li jkollu hila jahseb wara li jkun gie nfurmat sewwa b’mod oggettiv u jiehdu decizjonijiet, anki meta jigi biex jixhet il-vot tieghu.

F’demokrazija, l-politiku u l-gurnalisti, ghalkemm xi drabi ssibhom jaffrontaw lil xulxin, fl-istess hin jehtiegu lill-xulxin: Il-politiku huwa wiehed mic-centri ta’ stejjer u kummenti. Mill-banda l-ohra, l-media huma pjattaforma ghall-politici: iwasslulhom messaggi taghhom; jippermettulhom, biex jekk iridu, jkunu trasparenti fl-ghemmejjel taghhom; jservuhom ta’ ghodda biex jilhqu l-opinjoni pubblika. Iservu wkoll bhala ghassiesa (watchdogs) fuq dak li jaghmlu l-politici u jassiguraw li dawn iharsu l-etika fix-xoghol taghhom.

Meta l-Fondazzjoni talbitni nwiegeb: ‘X’jistenna l-Politiku mill-Gurnalisti?’ taghtni mistoqsija importanti, minkejja li forsi f’socjeta li taspira li tkun wahda Ewropea, hija iktar importanti l-mistoqsija ‘X’jistenna l-Gurnalist mill-Politici?’ Jine se nipprova nara x’ghandna nistennew minn xulxin. Ghandna organizzazzjonijiet fejn il-gurnalist, jaghmel, bejn wiehed u iehor, dak li jistenna l-politiku; fejn il-media ghadhom portavuci, ufficjali u inqas ufficjali, tal-partiti u huma parti mis-sistema politika nfisha.

Hemm imbaghad organizzazzjonijiet li jaspiraw ghall-awtonomija gurnalistika shiha. F’dawn l-ambjenti wiehed jista jifhem jekk ssib min joqmos meta jisma mistoqsija ta’ din it-tip. Ma nistaghgibx li dawn il-gurnalisti jghidulek li ‘l-politiku m’ghandu jistenna u jippretendi XEJN!’ Il-media jirrapportaw BISS meta tinqala xi storja ta’ valur li jkollha news value. Fost dawk il-media, li jinsistu li l-awtonomija editorjali tigi qabel kollox, issib min jiehu kwazi pozizzjoni anti-istituzzjonali u allura kontra l-partiti, l-istat u setturi ohra huma dejjem suggetti ghas-suspett u l-kritika.

Li dawn l-organizzazzjonijiet bdew irabbu l-gheruq anke f’pajjizna, jien inqisu pass pozittiv ghaliex ir-rwol taghhom huwa li lilna l-politici jzommuna fuq ponot subghajna. Fl-istess hin izda nemmen li m’ghandhomx iqanqlu sfiducja fil-politika ghal xejn b’xejn. Il-gurnalisti ghandhom dmir ixandru il-verita, filwaqt li jzommu f’mohhom li l-istejjer dejjem ikollhom bazi soda ghax jekk tigi sfiducjata s-sistema politika ghal xejn b’xejn, inkunu qed nherru mhux lil xi partit jew iehor, izda s-sisien tad-demokrazija. Niftakru li bosta minna nidhlu fil-politika ghax tassew nixtiequ nkunu ta’ servizz pubbliku u hafna drabi dan igorr mieghu bosta sagrificcji personali.

Waqt li l-politici bla dubju jiehdu gost jidhru sbieh u jaghmlu hilithom biex isibu okkazjonijiet kemm jistghu fejn ikollhom il-possibilita li jidhru u jinstemghu, nahseb li hafna minna jkunu jixtiequ li jkun hawn aktar gurnalisti li kapaci jaghrfu l-stejjer minsuga minn hajjata kapaci, u minflok juru lill-pubbliku l-affarijiet kif fil-fatt ikunu.

Ghalkemm konxju jekk qattx xi hadd x’imkien jista jkun realistikament oggettiv, naf li b’rieda tajba l-gurnalisti kollha jistghu ikunu gusti u fair. Mill-banda l-ohra hemm bzonn li nizguraw li dawk il-gurnalisti li ma jaghtux lilhom innifishom ghan-nisga ta’ stejjer, jinghataw access ghall-informazzjoni daqs l-ohrajn kollha. Irridu nesigu li l-communication executives fil-Ministeri jaqdu l-funzjoni taghhom mal-gurnalisti kollha xorta, mhux biss ma’ dawk li jissimpatizzaw mal-gvern. Irridu nkunu certi li l-Istat ma juzax ir-rizorsi allokati ghall-kampanji pubblicitarji tieghu, jew dawk tal-quangos u ferghat ohra, biex jigu mghejjuna uhud u msawwata jew ikkastigati ohrajn. Dan ghaliex naghrfu li f’pajjiz ckejken bhal dan, il-makna pubblicitarja ta’ l-Istat ghandha rwol sinifikanti biex izzomm il-finanzi tal-organizzazzjonijiet tal-media f’ wicc l-ilma.

Hawnhekk tajjeb li naghrfu r-realta’ lokali fejn l-istorja tal-gurnalizmu hija mghaggna ma’ gliediet socjo-politici u ekonomici tal-gzejjer taghna. L-imghoddi spiss insibuh jixhet dell fuq il-prezent. Kellna numru ta’ okkazzjonijiet memorabbli fejn il-gurnalisti li kienu wkoll politici ggieldu ghall-liberta ta’ l-istampa akkost li batew personalment: il-habs ghal Dr Joe Micallef Stafrace fi zmien il-glieda anti-kolonjali; interdett ghal Lino Spiteri u gurnalisti ohra; dfin fil-mizbla ghal Guze Ellul Mercer fil-kwistjoni politiko religjuza tas-sittinijiet. Biex ma nsemmix kemm cittadini li ghaliex hassew il-bzonn li jesprimu ruhhom fil-gurnali, sabu ruhhom ippenalizzati b’mod jew iehor, minn min kien fil-poter.

Le, mhux se nieqaf billi nsemmi biss dawk il-kazijiet li forsi huma politikament komdi ghalija. Avvenimenti bhal tat-Tnejn, 15 ta’ Ottubru 1979, it-‘Tnejn l-Iswed’ meta jien kelli biss 5 snin, dghajjfu mhux lill-politici u lill-istituzzjonijiet li sofrewhom, izda lil min wettaqhom u lil min il-poplu kien jara li dawn in-nies jirraprezentaw.

Xi snin ilu, waqt program televiziv li kont nipprezenta jiena stess fi zmien li kont gurnalist, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca kien wera sens ta’ responsabilita storika liema bhala meta f’isem il-Knisja, skuza ruhu ghal dak li garrbu l-Laburisti fis-snin sittin. Kif gejt elett Mexxej tal-Partit Laburista kont ghamilt apologija storika ghal min seta wegga bl-ghemil ta’ nies li uzaw il-Partit Laburista u forsi wara rmewh, filwaqt li hallewh imtebba b’ghemilhom. Dan intennih illum, 30 sena wara l-incidenti li ghandi kif semmejt, ghax onestament nemmen li n-nies ta’ rieda tajba, gejjin minn fejn gejjin, jaqblu mieghi li dawn kienu atti li qatt ma jmisshom sehhew.

Nittama li forzi politici ohra, ewlieni fosthom il-Partit Nazzjonalista, ikollhom il-kuragg li jaghmlu apologija tar-rwol passiv u attiv li hadu matul is-snin, specjalment fis-sittinijiet u zminijiet aktar ricenti, meta ikkawzaw tbatijiet, bi vjolenza fizika, morali u psikologika, lil hafna persuni li l-uniku htija taghhom kienet li jimmilitaw fil-Partit Laburista.

Jien parti minn dik il-generazzjoni li twieldet minn qalb dawk il-feriti u li trid tara li dawn l-avvenimenti QATT ma jergghu jirrepetu ruhhom f’ pajjizna.

Qasam li ilna ninsistu li jehtieg riforma huwa x-xandir Nazzjonali. Inqisu l-Public Broadcasting Services bhala l-qalba tax-xandir f’pajjizna ghaliex hafna nies ghadhom jinformaw irwiehom bit-televizjoni. L-ahbarijiet tat-tmienja huma punt ta’ riferenza ghall-pubbliku li jipprova jaghmel sens mill-verita` wara li forsi jkun semgha verzjonijiet differenti fuq l-istazzjonijiet tal-partiti. Hu ghalhekk li dawn ghandhom ikunu ‘l fuq minn kull agenda mohbija. Ahna nhossu li l-gurnalisti hemmhekk joperaw f’sistema li baqghet difettuza.

L-ezercizzju ta’ l-hekk imsejjah ristrutturar li sar ftit tas-snin ilu ma kellux l-effetti pozittivi li bassru xi whud. Matul is-snin l-istazzjon Nazzjonali thalla jimtela bid-dejn. Wehlu l-haddiema izda hadd ma ppunta subghajh lejn min kien appuntat politikament biex suppost jara li dawn l-affarijiet ma jigrux. Gara li bir-ristrutturar ‘helsu’ min-numru kbir ta’ haddiema fosthom gurnalisti maghrufa u tajbin. Illum jinghad sikwiet li hemm nuqqas serju ta’ rizorsi umani anki biex isiru aktar programmi ta’ grajjiet kurrenti.

Minflok jinforma u jeduka lic-cittadini, x-xandir Nazzjonali spicca jirkanta lill-udjenzi tieghu lil min jirreklama. Ahna nemmnu li xandir Nazzjonali, filwaqt li jkun finanzjarjament vijabbli, ghandu obbligi lejn is-socjeta’. Ghandu dover li jkun ‘il fuq mill-politika. Fuq kollox ghandu wkoll dover li jkun ‘l fuq minn pressjonijiet kummercjali.

Irridu li l-Gvern u Oppozizzjoni, flimkien ma’ stakeholders ohra li ghandhom ghal qalbhom ix-xandir pubbliku, jpoggu madwar mejda biex isibu soluzzjoni ghal din is-sitwazzjoni. Id-diskussjoni taghna l-politici u li ghadhom iridu jsiru fil-Kumitat Maghzul tal-Kamra jistghu jkunu bidu. Izda d-decizjoni trid tittiehed fil-kuntest usa tas-socjeta’ taghna. Ma jistax ikun ftehim tal-politici. Irid ikun ftehim ta’ kulhadd.

Nigi ghall-gurnalizmu politiku. Fl-istorja tal-gurnalizmu Malti, bhal ma gara f’ pajjizi demokratici ohra fl-Ewropa Mediterranja, ghandna tradizzjoni ta’ gurnalizmu impenjat; gurnalizmu tal-partiti, tal-unions u tal-knisja. F’Malta, sa’ issa, din ghadha tradizzjoni b’sahhitha, u wara l-pluralizmu fix-xandir dan it-tip ta’ gurnalizmu kompla joktor. Jien stess, flimkien ma’ ghadd gmielu ta’ Parlamentari, bdejna bhala gurnalisti jew xandara fil-gurnalizmu politiku.

Nemmen li dawn il-media, jekk iridu, jista jkollhom rwol aktar pozittiv. Dan kemm il-darba ma jaghmlux il-missjoni taghhom dik li jizirghu l-firda, ma jillimitawx ruhhom ghal min huwa diga’ konvint mill-messagg li qed ixandru, u ma jeskludux veduti kritici. Wasal iz-zmien biex wara tmintax – il sena ta’ pluralizmu nirriflettu kif il-media politika tista’ tkun sors ta’ informazzjoni utli ghal udjenza usa.

Il-media politika ghandha rwol: dik li theggeg participazzjoni politika mill-gruppi socjo-economici KOLLHA tas-socjeta’, inkluzi il-haddiema u nies li jhossuhom li qeghdin fuq il-periferija socjali. Dan huwa rwol sinifikanti hekk kif naraw madwarna bosta pajjizi li jinkwetaw minhabba n-nuqqas ta’ interess u partecipazzjoni f’ elezzjonijiet demokratici.

Fil-kamp tax-xellug, jien nixtieq media progressivi li joffru perspettivi alternattivi. Nixtieq media li jisfidaw certu perspettivi predominanti li media ohra aktarx jqisuhom bhala ‘naturali’ u ‘ovvji”. Il-media tal-Partit Laburista ghandhom iwasslu perspettivi li aktarx m’hemmx wisgha ghalihom f’media kummercjali. Filwaqt li pajjizna beda jesperjenza l-kummercjalizzazzjoni tal-media, dawn mhux bilfors se jwasslu ghal aktar pluralizmu u ghal aktar demokratizazzjoni. Ghalija pluralizmu jfisser range ta’ media differenti; varjeta’ ta’ programmi li jwasslulna veduti varji u diversita’ fil-kontenut. Il-kummercjalizzazzjoni twasslilna biss programmi li jinbieghu, aktarx b’enfazi kbira fuq l-aljenzazzjoni u bi ftit informazzjoni u edukazzjoni. Barra minhekk il-media kummercjali spiss issibhom herqana jiskrutinizzaw lill-klassi politika izda mhux dejjem naraw l-istess hegga biex jiskutinizzaw oqsma ohra, fosthom dawk kummercjali.

F’dan il-kuntest nemmen li pajjizna ghandu jikkunsidra li fuq mudelli Skandinavi, il-mezzi tax-xandir u l-istampa f’ pajjizna jkollhom statut ta’ drittijiet li jaghithom protezzjoni minn indhil tal-propjetarju. Fl-istess hin ghandu jkun hemm regolatur, li wiehed jista’ jikkunsidra li jiehu l-forma ta’ Ombudsman, li jhares id-drittijiet ta’ dawk li tirrapporta dwarhom il-media.

Jinhass ukoll il-bzonn ta’ tishih tal-Freedom of Information Act waqt li ghandhom jinbidlu il-ligijiet li hemm bzonn biex l-access ghall-informazzjoni tal-Gvern u s-settur pubbliku jizdied bis-serjeta’. Ghandna bzonn ukoll Whistleblower Act serja u bidla fil-mentalita’ perikoluza li tezisti bhal issa li meta xi hadd jikxef xi nuqqas jew abbuz, issir kacca ghal min jikxef dan l-abbuz u mhux ghal min ghamlu.

Fl-istess hin l-gurnalisti, bhal politici, jistghu ikunu kredibbli biss jekk ikunu etici. L-etika timplika responsabbiltajiet, izda wkoll taghtik drittijiet. Inhoss li minhabba s-sitwazzjoni idjosinkratika u partikolari li ghandna fil-qasam tal-media huwa mehtieg li naghmlu enfasi aktar fuq l-etika.

Malli hadt it-tmexxija tal-Partit Laburista f’idejja, ghamilna ezercizzju biex tfassal Kodici ta’ Etika ghall-media taghna. Kienet tqabbdet Kummissjoni indipendenti li bis-sehem tal-gurnalisti, fasslet linja ta’ principji li jiggwidaw l-media tal-Partit Laburista. Dan huwa dokument pubbliku. Meta jkun hemm nuqqasijiet huwa tajjeb li jkun hemm min ifakkar f’dan il-Kodici. Imma huwa tassew ironiku li l-aktar li jikkwotaw dan il-Kodici huma media politici ohrajn li sal-lum ma hadu ebda inizjattiva simili.

Ghalhekk nahseb li l-ezercizzju li ghamilna ahna wahdu, mhux bizejjed. L-Istitut tal-Gurnalisti ghandu Kodici ta’ Etika li mhux biss ghandu bzonn kbir li jigi aggornat izda jehtieg li jigi mhaddem u nfurzat b’ aktar qawwa. Malta tehtieg Media Ethics Commission b’sahhitha; mentri nafu li bhalissa din lanqas biss hija kostitwita. Biex ikollha sahha tinforza, l-Media Ethics Commission trid isservi ta’ sistema awto-regolatorja jew ko-regolatorja. Waqt li din tkun totalment awtonoma mill-Istat, jehtieg ikollha l-gharfien tal-Istat.

Bosta jinbxu lill-Oppozizzjoni li ma taqbel QATT mal-Gvern. Izda tajjeb li nfakkar li taht it-tmexxija tal-predecssur tieghi, l-Oppozizzjoni kienet qablet mal-Gvern dwar l-emenda importanti fil-Ligi tal-Istampa biex il-gurnalisti ma jigux imgieghla jikxfu is-sorsi taghhom. Qbilna ghax emminna li dak kien pass importanti ghall-izvilupp tal-gurnalizmu Malti. Issa lesti wkoll nahdmu mal-Gvern u ma’ setturi ohra koncernati bhal ma huma l-ghaqdiet tal-gurnalisti, biex titwaqqaf struttura nazzjonali li tfassal, thares u tinforza Kodici ta’ Etika gurnalistika. Inhossu li dan huwa essenzjali u jkun pass kbir ghall-maturita’ tal-gurnalizmu Malti.

Izda li naghrfu wkoll li llum is-sahha fil-kommunikazzjoni m’ghadhiex f’idejn l-organizzazzjonijiet tal-media wehidhom. Dhalna fl-era ta’ l-interattivita’ fejn anke c-cittadin jista’ jikkontribwixxi l-istejjer, filmati, ritratti u kummenti. Ir-rwol tat-Twitter fil-protesti li saru fl-Iran huwa sinjal ta’ x’ghad irid jigi. It-televizjoni digitali mistenni jgib rivoluzzjoni akbar; l-istess l-izviluppi kbar li qeghdin isehhu fit-telefonija cellulari. Aktar ma jghaddi z-zmien, is-sehem tal-udjenzi u tac-cittadini jsir aktar centrali. Ghandna nistennew li f’dan ix-xenarju, jkollha lehen aktar b’sahhtu s-socjeta civili. Nittamaw li dawn il-mezzi godda u dawn l-izviluppi jghinuna ngeddu s-sistema politika u l-kultura politika ta’ pajjizna. Ahna l-politici ghandna naghrfu li b’dawn il-mezzi, c-cittadin jista’ ikollu lehen aqwa u sehem akbar fil-process politici ta’ pajjizna.

Izda biex ikollna cittadini aktar attivi hemm bzonn li kulhadd ikollu hila juza t-teknologija. Mehtiega programmi ghall-adulti biex ikunu jistghu jiksbu hiliet godda li jippermettulhom isiru interattivi. Hawnhekk trid taghmel tajjeb is-sistema edukattiva, fejn ghandha ssir aktar emfasi fuq l-interattivita’. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni taghna jridu jinfethu ghal dawn u l-izviluppi u l-gurnalisti ghandhom jaghrfu li r-rwol taghhom irid jadatta ghal aktar partecipazzjoni mill-pubbliku.

  • Izda biex ikollna cittadini aktar attivi hemm bzonn li kulhadd ikollu hila juza t-teknologija. Mehtiega programmi ghall-adulti biex ikunu jistghu jiksbu hiliet godda li jippermettulhom isiru interattivi. Hawnhekk trid taghmel tajjeb is-sistema edukattiva, fejn ghandha ssir aktar emfasi fuq l-interattivita’. Il-mezzi ta’ kommunikazzjoni taghna jridu jinfethu ghal dawn u l-izviluppi u l-gurnalisti ghandhom jaghrfu li r-rwol taghhom irid jadatta ghal aktar partecipazzjoni mill-pubbliku.
  • It-tnejn iridu jikkompetu bl-ahrax biex jigbdu u jzommu l-attenzjoni tal-pubbliku f’dinja mghaggla, fejn l-attrazzjonijiet u distrazzjonijiet huma bosta;
  • It-tnejn iridu jaghrfu ahjar ir-realtajiet godda tas-socjeta’ Maltija, li qeghda kull ma jmur issir aktar kumplessa. Flok nibqghu nuzaw il-lingwagg tal-imghoddi, rridu nitghallmu nuzaw metodi godda u nirriformaw sabiex nibqghu relevanti;
  • Qeghdin naffrontaw xetticizmu u anqas fiducja ghamja fil-midja u fil-politika;
  • It-tnejn qeghdin naddattaw ghall-effetti tal-konvergenza teknologika li mhux biss ghandha ggib bidla radikali fit-tixrid tal-informazzjoni, izda qed iggib ukoll bidla fil-mod ta’ kif in-nies jikkonsmaw u jixtarru l-informazzjoni.
  • Kemm il-politiku u anke l-gurnalist jehteg li jikkomunikaw ir-realta’ Ewropeja. F’pajjiz zghir, kemm l-Istat, kemm il-partiti u anke l-midja ghandhom nuqqas ta’ rizorsi biex jipprocessaw baraxx ta’ informazzjoni li tigi mill-istrutturi Ewropej. Din hija informazzjoni li tolqot fil-laham il-haj lill-pubbliku Malti.

Gheluq it-tmintax –il sena mindu dahal il-pluralizmu fix-xandir f’pajjizna, wasal iz-zmien li nwettqu mizuri kuraggjuzi li jwasslu biex il-media f’Malta jimmaturaw. Ic-cavetta hija rieda tajba minn kulhadd, mhux biss min-naha tal-gurnalist jew minn xi naha politika.

Il-proposta tieghi lill-ghaqdiet tal-gurnalisti, lill-partiti l-ohra u stakeholders varji hija din : Ejja nahdmu flimkien sabiex noholqu realta ahjar li tixraq lis-socjeta taghna.

Il-gurnalisti jistennew li l-politici jkunu l-imsiehba onesti taghhom fit-tfittxija konsistenti ghall-verita`. Jistennew li l-politici – kemm fil-gvern u kemm fl-oppozizzjoni – jippermettulhom jiehdu sehem fil-process li tinbena socjeta fejn tirrenja l-ugwaljanza. L-istess jghodd ghall-politici, fejn il-generazzjoni ta’ politici tal-lum tistenna gurnalizmu onest u minghajr agendi mohbija li jhares lil hinn mill-partiti u li jpoggi l-interess tas-socjeta fuq kollox. Ghalhekk hemm bzonn ta’ qafas gdid bl-istrutturi necessarji li jghinu lill-politici u lill-gurnalisti jinfatmu mill-ixkiel tal-passat u jghinu fil-binja ta’ socjeta li tixraq lil pajjiz Ewropew.

Kif kien darba qal student li kien drop-out mill-Universita’, “You cannot solve the problem with the same kind of thinking that has created the problem.” Dak l-istudent kien certu Albert Einstein.

Irridu nfittxu toroq godda biex insolvu problemi qodma u biex inkunu f’qaghda li nindirizzaw sfidi godda.